Dwarna

Malta Industrial Parks Ltd (MIP) hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-propjetà industrijali tal-gvern u tal-faċilitajiet relattivi madwar Malta u Għawdex, kif ukoll għall-appoġġ u l-promozzjoni għall-aktar żvilupp ta’ dawn iż-żoni industrijali.

MIP tamministra ukoll l-ikbar portafol ta’ propjetà industrijali ġewwa Malta, mifruxa f’numru ta’ żoni industrijali ġewwa l-gżejjer Maltin, li wkoll jinkludu xi żoni industrijali dedikati għall-setturi speċifiki. Minħabba l-kobor tal-pajjiż, iż-żoni industrijali kollha huma viċin ħafna tal-faċilitajiet li l-kerreja tagħhom jeħtieġu.

In-negozju f’Malta

Strateġikament misjuba f’nofs il-Baħar Mediterran, Malta hija forsi aktar magħrufa għall-istorja ikkulurita tagħha u l-industrija b’saħħitha tat-turiżmu. Madankollu, għal sekli sħaħ Malta kienet ċentru kummerċjali importanti u f’dawn l-aħħar snin irnexxielha toħloq niċċa għaliha nnifisha bħala post ideali sabiex isir in-negozju. Tabilħaq f’dawn l-aħħar snin it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ta’ industriji ġodda kienu pjuttost notevoli.

L-intrapriżi li joperaw mill-gżejjer Maltin jistgħu jibbenifikaw mhux biss minn faċilitajiet loġistiċi eċċellenti ta’ Malta, iżda wkoll mill-ammont kbir ta’ appoġġ mogħti minn dawk l-entitajiet li jirrispondu għall-bżonnijiet tan-negozju u l-industrija sabiex dawn ikomplu jiffjorixxu.

Aqra Iktar

About Malta

Dwar Malta


Il-gżejjer Maltin huma pożittivament uniċi. Bi tliet gżejjer prinċipali – jiġifieri Malta, Għawdex u Kemmuna – l-arċipelagu kollu kemm hu bilkemm jaqbeż żona ta’ 300 kilometru kwadru u jieħu ftit sigħat biex wieħed jaqsam minn tard wieħed għall-ieħor tal-gżira.

Doing Business

Negozjar f’Malta


Filwaqt li Malta iktar magħrufa bħala destinazzjoni turistika, dawk li semgħu dwar l-ambjent favur favur in-negozju ta’ Malta, ġew imħajra sabiex jitgħallmu aktar dwar din l-offerta’ u spiss iddeċiedew li jespandu  jew jirrilokaw l-operazzjonijiet tagħhom lejn il-gżejjer Maltin. Minkejja d-daqs żgħir tagħha, Malta għandha ekonomija b’saħħitha, partikolarment f’industriji bħal manifattura avvanzata, avjazzjoni, xjenzi marittimi, xjenzi tal-ħajja u kura tas-saħħa, ICT, servizzi finanzjarji, edukazzjoni u turiżmu – li kollha għandhom prospetti tajbin għal aktar tkabbir u investiment.

Logistics

Logistika


Malta tinsab prattikament fiċ-ċentru tal-Baħar Mediterran, viċin l-Unjoni Ewropea u l-Afrika ta’ Fuq.

Titjiriet frekwenti u diretti minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jgħaqqdu l-gżejjer ma’ bosta bliet Ewropej u bliet kbar fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani b’inqas minn tliet sigħat ta’ ħin ta’ titjir. Servizz ta’ katamaran ta’ veloċita’ għolja jgħaqqad lil Malta ma’ Sqallija, filwaqt li servizzi oħra ta’ laneċ huma wkoll disponibbli bejn Malta u l-Italja jew l-Afrika ta’ Fuq.

Assistance

Assistenza


Filwaqt li l-Malta Industrial Parks Ltd għandha l-kompitu tgħin lill-investituri billi tipprovdi spazju industrijali u, possibbilment, tgħin fl-iżvilupp tagħha, hemm organizzazzjonijiet governattivi oħra li huma stabbiliti speċifikament biex isostnu lill-investitutri sabiex jistabilixxu ġewwa Malta.

Aħbarijiet Riċenti


Faċilità ġdida għal SR Technics

Il-kumpanija tal-manutenzjoni tal-ajruplani SR Technics se tkun qed tkabbar l-operat tagħha f’Malta b’faċilità ġdida fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.